Nicholas J. Cauchi, Ta’ Pinu Shrine. The pilgrim’s haven, Gozo Press, Għajnsielem, Malta 2008, pp. 152.
Terġa’ toħroġ l-istorja tas-Santwarju Ta’ Pinu
L-isqof emeritu ta’ G]awdex, Mons. Nikol Ġ. Cauchi, g]adu kemm ta kontribuzzjoni prezzjuża lill-istorja ekkleżjastika Għawdxija bl-edizzjoni riveduta ta’ l-istorja sħiħa tas-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex. Cauchi, wie]ed mil-letterati l-aktar eruditi ta’ gżiritna, fl-1983 kien di[a’ ]are[ bl-ewwel ktieb li kien ji[bor fih ]afna mit-tag]rif li g]andna fuq l-istorja tas-Sej]a li l-Ver[ni Mbierka g]amlet f’Ta’ Pinu u, konsegwentament, tas-Santwarju imponenti li ma\-\mien tela’ fil-post tal-kappella fqajra li kien fiha l-kwadru meqjus mirakuluż. L-ewwel studju serju fuq Ta’ Pinu kien ħar[u Mons. Giuseppe Farrugia fl-1891 u kien i[ib l-isem La Beata Vergine Ta’ Pinu in Gozo; minn din il-kitba ħare[ g]all-ewwel darba ]afna mit-tag]rif essenzjali fuq Ta’ Pinu u l-istorja tieg]u, li minnu xorbu sorsi o]rajn iktar tard.
Hekk kif issa waslet fi tmiemha s-sena kommemorattiva tal-125 anniversarju tas-Sejħa minn Marija, Ta’ Pinu Publications ħasbu li jħallu lill-pubbliku, bħala tifkira xierqa ta’ din il-ġrajja, dan il-ktieb preżentabbli, maħsub biex jolqot ukoll qarrejja barranin. Kull ma jmur qed jiżdied in-numru ta’ nies minn barra l-gżejjer tagħna li jiġu mill-bogħod f’riġlejn il-Verġni Mbierka f’Ta’ Pinu. Spiss fuq l-istampa internazzjonali jidhru wkoll tagħrif u ritratti ta’ Ta’ Pinu.
Il-ktieb ta’ Mons. Nikol Ġ. Cauchi jġib l-isem Ta’ Pinu Shrine. The pilgrim’s haven. Fih hu janalizza l-istorja tal-kappella antika li minnha tkellmet il-Verġni Mbierka, waqt li jidħol fid-dettallji tas-Sejħa li għamlet lil Karmni Grima u Franġisk Portelli. Jissokta mbagħad b’tagħrif fuq is-santwarju, speċjalment fiż-żmien tal-bini tiegħu fl-istat attwali. L-aħħar kapitli fost it-tlettax tal-ktieb jitkellmu fuq ġrajjiet kbar li seħħu f’Ta’ Pinu, fosthom l-inkurunazzjoni tal-kwadru fl-1935 u ż-żjara ta’ Ġwanni Pawlu II fl-1990. L-awtur jippreżenta lil Ta’ Pinu mhux biss bħala ċentru ta’ kult u devozzjoni lejn Marija, imma wkoll bħala bejta ta’ spiritwalità u ħajja pastorali fil-qalba tar-realtà ekkleżjastika Għawdxija. Ma jonqosx li jsemmi wkoll l-aspetti artistiċi tal-ġojjell artistiku li hu s-santwarju l-lum.
L-istil ta’ l-isqof Cauchi, bħal dejjem, hu mexxej u żgur li jogħġob lil dawk li m’humiex imdorrijin jaqraw kotba ta’ natura storika. L-għan tiegħu, iktar milli wieħed kronoloġiku, hu li joħroġ l-importanza tal-ġrajjiet li seħħu f’Ta’ Pinu fl-iżvilupp tal-ħajja tal-Knisja f’Għawdex. Fuq kollox, il-ktieb hu stedina għal għarfien aktar profond ta’ min hi Marija, li għażlet lil Ta’ Pinu bħala waħda mill-għamajjar tagħha fuq din l-art.
Il-ktieb ta’ 152 paġna, b’daqs komdu biex iġġorru miegħek u taqrah, hu mimli b’ritratti storiċi ta’ interess flimkien ma’ oħrajn ta’ żmienna, xi wħud bil-kulur. Il-ktieb jinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu g]all-prezz ta’ 7 Euro.
|